Il-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ 2018

Il-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ 2018



12 Sep 08:00 - 14:00 - Valletta
Il-Parlament Ta' Malta

Route
More info

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ għal darb’ oħra ser ikun qed jorganizza l-attivita annwali tiegħu: “Il-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ”. Min hu interessat li jippartecipa fil-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ u jixtieq isemma leħnu fuq xi tema partikolari, għandu jimla din il-formola hawn taħt sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Ġunju 2018.

Bħala parteċipant ikollok l-opportunita li tirriċerka, taħdem fi grupp, tikteb proposti u reżoluzzjoni mal-bqija tal-parteċipanti, tiddiskuti u tiddibati f'seduta fil-Parlament ta' Malta. Tul din l-esperjenza apparti li tiltaqa' ma' parteċipanti differenti, tiltaqa' ukoll ma' diversi Membri Parlamentari. Kif ukoll bħala preparazzjoni għas-seduta fil-Parlament ser inkunu qed norganizzaw diversi laqgħat, information sessions u public speaking workshops.



It-temi magħżula għal dawk ta’ bejn it-13 u t-18 –il sena huma:

il-Midja u l-Gurnaliżmu f'Malta
l-Istrateġija għall-iżvilupp tal-bini f'Malta
Vot 16: Edukazzjoni Ċivika.

It-temi magħżula għal dawk ta’ bejn id-19 u l- 35 sena huma:

Is-Saħħa Mentali f'Malta
Ir-Riforma tal-liġi tal-Prostituzzjoni
Il-Legaliżazzjoni tal-Marijuana

F’każ ta' diffikulta jew jekk għandek xi mistoqsijiet ibgħat email fuq national@knz.org.mt

Aktar informazzjoni tingħata aktar ‘l quddiem.

Applika hawn:

docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSfET-ZjWW40BeNN6w2bSqZHHfBKUtmKWUzvT7rgFvzzL3Uz2g/viewform?usp=sf_link



© 2018 Siguez